Ġiet varata għall-ewwel darba Mobile App sabiex iddur il-Heritage Trail ta’ Ħad-Dingli bl-isem Visit Dingli.
Il-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli ibbenifika minn Fondi Ewropej u ħoloq mobile app, u b’hekk ikkombina l-użu tat-teknoloġija sabiex min iżur Ħad-Dingli jkun jista’ jdur il-Heritage Trail u fl-istess ħin jingħata informazzjoni utli u interessanti dwar dak li jkun qed jara.
Is-Sindku Sandro Azzopardi qal li “Il-progett tal-Mobile App taħt il-Miżura 313 jikkomplimenta dak li l-Kunsill kien beda fil-proġett tal-Heritage Trail. Kull min jiġi jżur Ħad-Dingli jkun jista’ jdur iċ-ċentru tar-raħal u l-Heritage Trail b’esperjenza unika ta’ gwida virtwali. Il-Kunsill ħa ħsieb l-ikkompilar t’informazzjoni u ritratti kif ukoll ttestjar tal-App sabiex dawk kollha li jużawha ikollhom l-aħjar servizz possibbli.”
Dawn huma tliet filmati li huma inkorportati fl-app, li juru ġmiel ir-raħal.