Mara ta’ 80 sena minn Santa Venera qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura f’Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:45 tat-Tnejn filgħaxija fi triq il-Ferrovija f’Santa Venera meta l-anzjana ntlaqtet minn vettura tat-tip Kia Ceres misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Birkirkara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei biex tingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.