Fil-Jum Dinji għall-Anzjani, il-Ministru Jo Etienne Abela kiteb kif ilbieraħ, grupp ta’ anzjani minn San Vinċenz de Paul u djar residenzjali oħra ltaqgħu fil-grawnd nazzjonali f’Ta’ Qali fejn segwew logħba futbol flimkien.
“Ħadt gost narahom iqanqlu l-memorji waqt żjara fil-mużew tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol, memorji ta’ meta kienu jitilgħu jsegwu xi partita. Uħud minnhom kienu wkoll jilagħbu mal-plejers li għamlu isem man-nazzjonal Malti.”
Il-Ministru Abela żied jgħid li matul din il-ġimgħa, se jsiru aktar attivitajiet biex jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji tal-Anzjani.