Kif imħabbar fil-baġit, 22,000 pensjonant se jgawdu minn tnaqqis tat-taxxa fuq il-pensjoni tagħhom.
Dan intqal mill-Ministru għall-familja u solidarjeta soċjali Michael Farrugia li spjega kif dan se jwassal biex sa tmiem din il legiżlatura pajjiżna jkun l-ewwel wieħed fl-Ewropa li fih il-pensjonanti se jkunu l-uniċi li ma jħallsux taxxa fuq il-pensjoni.
Farrugia spjega kif minn din is sena pensjonanti li jgħixu waħedhom u dawk miżżewġa se jaraw żieda sostanzjali fil-pensjoni tagħhom. Dan meta mqabbel mal-2015.
Per eżempju persuni mhux miżżewġa, se jirċievu €141.75 fil-ġimgħa u dawk miżżewga €153.41 fil-ġimgħa. Farrugia qal li dan huwa proċess li se jwassal biex il pensjoni minima nazzjonali tilħaq 60% tad-dħul minimu.