Mara ta’ wieħed u tmenin sena li tgħix Ħal tarxien weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħal Tarxien.
L-inċident seħħ fis-sebgħa u nofs ta’ filgħodu, u minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-anzjana intlaqtet minn Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 25 sena waqt li kienet qed tirriversja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura, u aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.