Anzjana ta’ sebgħin sena residenti Santa Venera weġġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera stess.
Il-każ seħħ fi Triq l-Omnibus għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ dalgħodu.
Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li mara ta’ 70 sena u residenti Santa Venera, intlaqtet minn Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 65 sena residenti Birkirkara.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.