Anzjana ta’ 83 sena li tgħix iż-Żurrieq weġġgħet gravi wara li ntlaqet minn karozza fiż-Żurrieq stess.
L-inċident tat-traffiku seħħ fi Triq Dun Ġużepp Zammit għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħodu.
Immedjatament fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn karozza, misjuqa minn mara ta’ 35 sena li tgħix ukoll iż-Żurrieq.
Fuq il-post mar ukoll tim mediku, li ħa l-anzjana l-isptar.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.