Mara ta’ 78 sena u toqgħod Ħaż-Żabbar, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura li qed tinstaq minn
mara ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żabbar ukoll.
L-inċident seħħ ilbieraħ għal xi l-ħamsa u nofs tal-bieraħ filgħaxija fi Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ittieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.