Ġermaniża ta’ 71 sena li tgħix Għajnsielem weġġgħet gravi wara li seħħ inċident bejn rota u quad-bike fil-Qala, Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar fi Triq il-Kunċizzjoni.
Fuq il-post marru l-Pulizija mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn ir-rota misjuqa mill-vittma u quad-bike li kien qed jinstaq minn Franċiż ta’ 19-il sena minn Kerċem.
L-anzjana ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.