Anzjana ta’ 68 sena mix-Xagħra, Għawdex weġgħet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Għawdex stess.
L-inċident seħħ aktar kmieni illum għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar fi Triq ir-Rabat, ix-Xagħra, Għawdex.
Mill-ewwel invesitgazzjonijiet li saru rriżulta li l-anzjana, li kienet qed issuq karozza tat-tip Mazda Demio, tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha bil-konsegwenza li ħabtet mar-roundabout.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.