Mara ta’ 69 sena sofriet ġrieħi gravi kawża ta’ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija.
Ilbieraħ filgħaxija l-Pulizija ġiet infurmata li seħħ inċident fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija. L-impatt seħħ bejn karozza tat-tip Volkswagon Polo misjuqa minn raġel ta’ 19 sena, mill-Għarb u karozza Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 73 sena residenti x-Xewkija li flimkien miegħu kien hemm passiġġiera ta’ 69 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza biex tieħu lill-mara ta’ 69 sena l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni dwar dan l-inċident għadha għaddejja.