Anzjana ta’ 69 sena sofriet minn ġrieħi gravi wara li ndarbet fi splużjoni fi Triq is-Siegħ fis-Swieqi.
Skond rapporti l-isplużjoni kienet kkaġunata minn suspettat ħruġ ta’ gass min ċilindru.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.15am.
Fuq il-post assistew minnufih uffiċjali tal-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard hija ġiet ċċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi. Hija tinsab f’qagħda stabbli.