Anzjana ta’ 76 sena residenti Santa Venera qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjret minn karozza fi Triq il-Brunzar, Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00am meta l-mara intlaqtet minn vettura tat-tip Ford Escort misjuqa minn raġel ta’ 28 sena, residenti Ħ’Attard. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.