Anzjana ta’ 68 sena tilfet ħajjitha wara li nqabdet f’nirien li ħakmu d-dar tagħha li tinsab f’Wesgħa Agostino Savelli f’San Ġiljan. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:00 ta’ dalgħodu.
Fuq il-post isejħet l-assistenza tal-Ispecial Intervention Unit (SIU), il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija li tfew in-nirien.
Hekk kif in-nirien ġew ikkontrollati, il-Pulizija daħlu ġewwa r-residenza u sfortunatament, instabet l-anzjana ta’ 68 sena mejta b’kawża tan-nirien.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Caroline Farrugia Frendo li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.