Anzjana ta’ 78 sena tilfet ħajjitha wara li vettura li kienet passiġġiera fiha ħabtet f’vettura oħra li kienet ipparkjata fil-Baħrija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:30 fi triq Bieb ir-Ruwa fil-Baħrija meta vettura tat-tip Toyota Corsa misjuqa minn mara ta’ 56 sena residenti r-Rabat, li fiha kien hemm l-anzjana passiġġiera, għal xi raġuni kellha impatt ma’ vettura tat-tip Land Rover li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza izda sfortunatament l-anzjana ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.