Mara ta’ 68 sena residenti x-Xewkija, Għawdex sofriet minn ġrieħi serji wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar sular minn taraġ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Xagħman, is-Sannat, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu u fuq il-post minnufih assistew tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Hija ttieħdet minnufih lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet.