Anzjana ta’ 65 sena mill-Gżira ġarbet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn vettura waqt li kienet miexja fuq il-bankina. Dan ġara wara li kien hemm ħabta bejn żewġ vetturi.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ dalgħodu fi Triq William Reid, il-Gżira.
Fuq il-post isejħet l-assistenza ta’ tim mediku li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.