Anzjana ta’ 68 sena ndarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fir-Rabat.
Il-każ seħħ aktar kmieni llum, għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Fortunato Mizzi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li mara ta’ 68 sena residenti l-Qala ntlaqtet minn karozza tal-għamla Daihatsu Hijet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena residenti Santa Venera.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-aktar assistenza medika, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.