Anzjana ta’ 86 sena min-Naxxar, indarbet gravi wara li ntlaqtet minn karozza tal-għamla BMW 116I, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Imtarfa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:20 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq San Publiju, il-Furjana.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.