Anzjana ta’ 75 sena ndarbet gravi wara li pparkjat il-vettura tagħha tal-għamla Volkswagen Polo fl-imsemmija triq, għal xi raġuni l-vettura mxiet bil-konsegwenza li l-mara nqabdet bejn il-vettura tagħha u vettura oħra li wkoll kienet ipparkjata.
Il-każ seħħ għall-9:15 ta’ dalgħodu fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, ir-Rabat, Għawdex.
Kawża ta’ dan il-mara, li tirrisjedi r-Rabat, Għawdex sofriet xi ġrieħi u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex bl-ambulanza li ġiet imsejjħa fuq il-post. Aktar tard hija ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
F’dan l-inċident tlett vetturi oħra tal-għamla Renault, Fiat Punto u Isuzu TRF wkoll ġarbu xi ħsarat waqt li kienu pparkjati fl-istess triq.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.