Mara ndarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’San Ġwann.
L-inċident seħħ illum, għall-ħabta tas-1300 fi Triq Bella Vista, San Ġwann.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li kien seħħ impatt bejn żewġ vetturi tat-tip Mazda Demio u Chevrolet Trax li kienu qed jinstaqu minn żagħżugħ ta’ 22 sena, residenti l-Imqabba u raġel ta’ 70 sena li joqgħod in-Naxxar, rispettivament.
Flimkien max-xufier ta’ 70 sena, kien hemm ukoll passiġġiera, mara ta’ 70 sena li toqgħod in-Naxxar. Minħabba li l-mara sofriet xi ġrieħi, fuq il-post issejħet ambulanza li ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi filwaqt li ż-żewġ xufiera ma sofrew l-ebda ġrieħi.
Fuq il-post tal-inċident kien hemm ukoll il-Pulizija mit-Taqsima tat-Traffiku sabiex jassistu.
L-investigazzjonjiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.