Anzjana ta’ 83 sena tilfet ħajjitha wara li waqgħet madwar sular fir-residenza fejn tgħix.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra fi Triq Ħal Tarxien f’Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku mar mill-ewwel fuq il-post iżda sfortunatament il-mara ġiet iċċertifikata mejta fid-dar tagħha.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.