Anzjana ta’ 83 sena fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Bank of Valletta. Dan wara li waqgħet f’tapit fil-fergħa tal-Bank fin-Naxxar.Fil-protest tagħha, permezz tal-avukat tagħha, il-mara qalet li spiċċat tiddependi fuq binha li biex jagħti l-attenzjoni massima lilha kien kostrett li jitlef numru t’opportunitajiet ta’ xogħol.
Il-mara qed targumenta li konsegwenza tat-tapit li waqgħet fih sofriet ksur fis-sieq il-leminija tagħha u għalhekk qed titlob għad-danni m’għand il-Bank