Ftit wara l-16:00 tat-Tlieta waranofsinhar mara anzjana ddaħħlet l-isptar għall-kura wara li qalgħet xebgħa fi Triq Dun Ġorġ Preca fil-Ħamrun. Fuq il-post issejħet ambulanza b’tim mediku li ta l-ewwel assistenza lill-mara li instabet mixħuta fl-art.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa bl-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin sabiex jistabilixxu eżatt x’ġara.