Anzjana li għandha 67 sena ddaħħlet l-isptar b’urġenza wara li waqgħet ġewwa xaft ta’ residenza.
Il-każ seħħ is-Sibt waranofsinhar fi Triq is-Sorijiet f’Ħal Tarxien.
Immedjatament fuq il-post intablet l-assistenza ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ta l-ewwel għajnuna lill-mara u ħadha l-isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.