Anzjana ta’ 96 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fl-1 ta’ Ottubru mir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha. Hija ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 dakinhar stess. L-anzjana baqgħet tingħata kura fl-isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.