Anzjana ta’ 93 sena minn Santa Venera ġarrbet ġrieħi serji wara li waqgħet waqt li kienet miexja fi Triq il-Ferrovija Santa Venera.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar tal-bieraħ.
Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn irriżulta li l-anzjana għal xi raġuni waqgħet waħedha.
L-anzjana ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Josette Demicoli.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin