Anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministru għas-Saħħa qal li l-anzjana kienet irriżultat pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru.
Hija mietet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Hospital.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana u appella biex kulħadd josserva l-miżuri ta’ prevenzjoni.