Anzjana ta’ 90 sena li kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri, mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
L-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-30 ta’ Awwissu u kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-30 ta’ Settembru. L-anzjana baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei, fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana, appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali, u l-użu tal-maskra.