Anzjana ta’ 87 sena residenti n-Naxxar, weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura fi Triq San Pawl, fin-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Smart, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.