Anzjana ta’ 83 sena mill-Isla kienet milquta minn karozza f’Raħal Ġdid.
Il-każ seħħ għall-ħabta 10 ta’ filgħodu fi Pjazza Anton De Paul.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li l-anzjana kienet milquta minn karozza tat-tip Chevrolet Matiz li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 74 sena minn Ħal Tarxien.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.