Anzjana ta’ 82 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.
Fi stqarrija, mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal kif l-anzjana kellha kundizzjoni ta’ saħħa ulterjuri, kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-17 ta’ Settembru.
Hija baqgħet tingħata kura fir-residenza tal-anzjani li kienet tgħix fiha, fejn mietet aktar kmieni llum.