Anzjana ta’ 81 sena minn Tas-Sliema soffriet ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Dan seħħ fis-siegħa tal-Ħamis filgħodu fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
Mill-ewwel investigazzjoni tal-Pulizija irriżulta li hija sfat milquta minn mutur tat-tip Kawasaki misjuq minn raġel Libjan ta’ erbgħin sena residenti Swieqi.
Tim mediku assista l-anzjana fuq il-post u wara ittieħdet l-isptar Mater Dei, fejn ġiet ċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.