Anzjana ta’ 80 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li l-anzjana ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fid-9 ta’ Ottubru u ġiet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-13 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet tard ilbieraħ filgħaxija.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-imxija tal-Covid-19.