Anzjana ta’ 80 sena mietet wara li qalgħet daqqa’ ta’ kannestru tal-gass tad-dmugħ li twaddab f’darha waqt protesti f’Marsilja. Il-mara ntlaqtet f’wiċċha waqt li l-folla nġabret biswit il-blokka ta’ appartamenti fejn kienet tgħix hi.
Riċenti, il-poplu Franċiż infexx f’sensiela ta’ protesti minħabba żieda fit-taxxi tal-fjuwil, u rabja fuq l-għoli tal-ħajja.
Jidher li tliet persuni oħra nqatlu f’dawn il-protesti, li fihom ipparteċipaw madwar 136,000 persuna.
Numru ta’ persuni qed jinżammu arrestati mill-Pulizija, li fost mezzi oħra biex trażżan il-folla, użat il-gass tad-dmugħ minn tal-anqas darbtejn f’Pariġi.