Anzjana ta’ disgħa u sebgħin sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19.
Il-Ministeru għas-Saħħa qal li l-anzjana kellha kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
l-anzjana kienet ittestjat negattiva għall-COVID-19 fis-sitta u għoxrin ta’ Settembru, bħala parti mit-testijiet ta’ rutina li qegħdin isiru fid-djar tal-anzjani fejn kienet tgħix.
Hija mietet ilbieraħ u test li sar wara mewtha rriżultat fil-pożittiv.