Anzjana ta’ 74 weġġgħet gravi wara li waqgħet fil-bitħa tad-dar tagħha.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq Santa Luċija, in-Naxxar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vittma ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Hija ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Mater Dei, fejn aktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qiegħda issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.