Anzjana ta’ 71 sena qed issofri ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħ’Attard. Hija kienet passiġġiera fil-ħin tal-inċident.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6:45 ta’ filgħaxija fi Triq il-Gradilja, Ħ’Attard.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn vettura ta’ tip Volkswagen Golf misjuqa minn ġuvni ta’ 22 sena minn San Pawl il-Baħar u vettura ta’ tip Kia misjuqa minn raġel ta’ 70 sena minn San Pawl il-Baħar.
Mar-raġel ta’ 70 sena, kien hemm passiġġiera l-mara ta’ 71 sena minn San Pawl il-Baħar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lill-passiġġiera l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.