Anzjana ta’ 66 sena minn Birkirkara, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq il-Wied Birkirkara.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Irriżulta li l-mara ntlaqtet minn Volkswagen Golf misjuqa minn raġel ta’ 33 sena, residenti il-Furjana.
Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li weġġgħet serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo LL.D li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.