Anzjana ta’ 70 sena minn Ħal Qormi qed issofri minn ġrieħi gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn vettura tal-għamla Ford Fiesta misjuqa minn anzjan ta’ erbgħa u tmenin sena mill-Pieta – li passiġġiera miegħu kien hemm il-mara anzjana – u erba’ vetturi oħra li kienu pparkjati. Tnejn tal-għamla Toyota u l-oħrajn Smart u Mazda.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.