Anzjana ta’ 78 sena minn Ħal Luqa qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza t-Tnejn filgħaxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:30, fi Triq San Ġorġ kantuniera ma’ Triq San Ġużepp, Ħal Luqa.
Jidher li l-mara ntlaqtet minn karozza tat-tip Peugeot 206, misjuqa minn mara ta’ 34 sena, residenti Ħal Luqa stess.
L-anzjana ttieħdet l-isptar għall-kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.