Anzjana ta’ 68 sena ssofri ġrieħi gravi f’inċident stradali li seħħ għall-ħabta tat-8 ta’ filgħodu fi Triq Desain fil-Birgu.
Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Bormla marru immedjatament fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari rriżulta li, raġel ta’ 61 sena li joqgħod Ħal Tarxien kien qed isuq vettura tat-tip Perodua Rusa u għal xi raġuni laqat mara ta’ 68 sena li togħod il-Birgu.
Fuq il-post issejħet l-ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
Investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.