Anzjana ta’ 72 sena minn Ħaż-Żabbar weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku fil-Fgura.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9.00 fi fi Triq Sant’Antnin.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-mara ntlaqtet minn karozza tal-għamla Nissan Juke li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 24 sena mix-Xgħajra.
Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.