Dalgħodu, ftit qabel is-sebgħa, seħħ inċident stradali fi Triq il-Vitorja, Ħal Qormi.
Mara ta’ 79 sena, residenti Ħal Qormi sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Ace li kienet qiegħda tinstaq minn raġel Libjan, li għandu 33 sena, residenti Santa Venera.
Il-mara ttieħdet l-Istpar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.