Anzjana ta’ 75 sena minn Wied il-Għajn weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Wied il-Għajn.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:45am fi Triq Sant’Antnin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 54 sena, li tgħix Wied il-Għajn.
Fuq il-post marru l-Pulizija u anki tim mediku.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.