Anzjana ta’ 80 sena mill-Ħamrun ittieħdet l-isptar wara li waqgħet minn fuq bankina u riżultat ta’ dan ntlaqgħet minn karozza tal-għamla Honda Fit li kienet misjuqa minn raġel ta’ 27 sena mill-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:00 ta’ filgħodu fi Triq Duka ta’ Edinburgh.
L-anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei għal aktar kura. Iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.
Il-karozza ma ġarrbet l-ebda ħsarat.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…