Mara ta’ 69 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li ġie agredita minn Sudaniż ta’ 27 sena fil-Ħamrun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs tat-Tnejn filgħodu.
Il-Pulizija kkonfermaw ma’ One.com.mt li r-raġel kisser xi karozzi.
Fuq il-post immedjatament marret ambulanza li ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Il-kundizzjoni tagħha għadha pendenti.
L-investigazzjonijiet għal dan il-każ għadhom għaddejjin.