Anzjana ndarbet ħadid wara li kienet involuta f’ħabta head-on ma’ xarabank fis-Swieqi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 fi triq Sant Andrija fis-Swieqi meta l-vettura tal-għamla Peugeot misjuqa minn anzjana ta’ 71 sena residenti Birkirkara kellha impatt head-on ma’ xarabank.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-anzjana l-isptar Mater Dei biex tirċievu l-kura neċessarja.
Hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.