Bulgara ta’ 50 sena instabet ħatja li serqet basket ta’ mara li kellu €21,000 fih.
Marija Ognayanova Petrova wieġbet ħatja li f’ Marzu li għadda, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta serqet lil Bulgara oħra ta’ 79 sena. Mill-Investigazzjonijiet tal-Puliżija irriżulta li qabel mal-Bulgari waslu Malta, Petrova semgħet lill-anżjana tgħid li kienet qed iġġor kwantità kbira ta’ flus kontanti fil-basket minn bejgħ ta’ propjeta li kienet bi ħsiebha tgħix bihom f’ Malta.
Meta kienu qed jistennew il-bagalji jaslu fl-ajruport, l-anzjana saqsiet lill-Petrova żżommilha l-basket għax il-bagalja kienet imkissra u kien hawn li ħarbet bih.
Wara li sema’ l-fatti u l-ammissjoni ta’ ħtija, l-Maġistrat Joe Mifsud ta sentenza ta’ ħmistax-il xahar ħabs.