Anzjana ta’ disgħa u sebgħin sena minn Wied il-Għajn tinsab fil-periklu tal-mewt wara li sabet ruħha f’diffikultà waqt li kienet qed tgħum.
L-inċident seħħ il-Ħamis filgħaxija fil-Bajja tal-Fajtata, f’Wied il-Għajn.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tellgħu lill-mara fuq l-art, u tim mediku li ta l-ewwel għajnuna.
Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’kundizzjoni serja.
Dwar il-każ hemm inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.